Jinġabar aktar minn 7 miljun kilo ta’ skart minn White Rocks
Ikompli t-tindif tal-White Rocks bi tħejjija għall-ħolqien ta’ park nazzjonali
Il-Ministru Miriam Dalli, is-Segretarju Parlamentari Glenn Bedingfield, flimkien mat-tim ta’ Project Green u d-Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni għat-Tindif u l-Manutenzjoni (CMD) Ramon Deguara, żaru s-sit tal-White Rocks fejn iltaqgħu mal-ħaddiema li bħalissa qed iwettqu xogħlijiet estensivi ta’ tindif, tiżbir u tneħħija ta’ skart minn dan il-post.
Matul din iż-żjara ġie spjegat li s’issa tneħħew aktar minn 7 miljun kilo ta’ skart mis-sit permezz ta’ 225 vjaġġ bit-trakkijiet. Din il-ħidma qed titwettaq bħala parti mill-proċess biex iż-żona titnaddaf u titħejja għall-proġett tal-park nazzjonali li se jinħoloq f’dan is-sit.
“Wara d-deċiżjoni li White Rocks ma jsirx żvilupp fih imma minflok jinbidel f’park nazzjonali, waħda mill-ewwel affarijiet li għamilna kienet li għalaqna l-postijiet li jistgħu jkunu ta’ periklu għan-nies filwaqt li qed niġbru ammont kbir ta’ skart li ntrema matul is-snin, partikolarment skart ta’ kostruzzjoni. Qegħdin nitkellmu dwar ammonti kbar ta’ skart li f’din il-ħidma konġunta bejn Project Green u CMD li qed jitneħħa minn hawn u qed jinkixfu spazji li sa ftit ilu kienu litteralment mgħottija,” qalet il-Ministru Miriam Dalli.
Is-Segretarju Parlamentari Glenn Bedingfield irrimarka li dan huwa biss il-bidu tal-proċess biex is-sit jiġi riġenerat u miftuħ għall-komunità. “Sar ħafna xogħol, u fadal ħafna aktar xogħol xi jsir għax dan huwa wieħed mill-proġetti li bħala Gvern qegħdin inħarsu ’l quddiem biex isir, għaliex għandna wegħda mal-poplu Malti u aħna dak li ngħidu nagħmluh,” qal is-Segretarju Parlamentari Glenn Bedingfield.
Il-ħidma ta’ tindif u preparazzjoni mistennija tkompli fix-xhur li ġejjin hekk kif il-Gvern qed ikompli javvanza bil-pjanijiet biex il-White Rocks jinbidel f’park nazzjonali ġdid għan-nies.
Ix-xogħlijiet qed isiru b’kollaborazzjoni bejn Project Green u d-Diviżjoni għat-Tindif u l-Manutenzjoni (CMD).

More than 7 million kg of waste collected from White Rocks
Cleaning of White Rocks continues in preparation for the creation of a national park
Minister Miriam Dalli, Parliamentary Secretary Glenn Bedingfield, together with the team from Project Green and the Director General of the Cleansing and Maintenance Division (CMD) Ramon Deguara, visited the White Rocks site where they met workers currently carrying out extensive cleaning, pruning, and waste removal works.
During the visit it was explained that, so far, more than 7 million kilograms of waste have been removed from the site through 225 truck trips. This work is being carried out as part of the process to clean the area and prepare it for the national park project that will be created at this site.
“After the decision that White Rocks would not be developed but instead transformed into a national park, one of the first things we did was close off areas that could pose a danger to people while also collecting a large amount of waste that had been dumped over the years, particularly construction waste. We are talking about large amounts of waste which, through this joint effort between Project Green and CMD, are being removed from here, revealing spaces that until recently were literally covered,” said Minister Miriam Dalli.
Parliamentary Secretary Glenn Bedingfield remarked that this is only the beginning of the process to regenerate the site and open it to the community. “A lot of work has been done, and there is still much more to be done because this is one of the projects that, as a Government, we are looking forward to completing. We have a promise to the Maltese people and we deliver on what we say,” said Parliamentary Secretary Glenn Bedingfield.
Cleaning and preparation work is expected to continue in the coming months as the Government proceeds with plans to transform White Rocks into a new national park for the public.
The works are being carried out through collaboration between Project Green and the Cleansing and Maintenance Division (CMD).
