Ix-xogħlijiet fi Ġnien il-Koppin f’Ħaq Kirkop fi stadju avvanzat
Ġnien il-Koppin, spazju miftuħ ta’ madwar 1,600 metru kwadru fi Triq Nerik Xerri f’Ħal Kirkop qed jinbidel fi ġnien komunitarju, sit ieħor li kien skedat għall-bini.
Waqt żjara fuq il-post flimkien mat-tim ta’ Project Green, membri tal-kunsill lokali ta’ Ħal Kirkop u s-Sindku Matthew Agius Zammit, il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika Miriam Dalli rrimarkat kif dan il-proġett wasal fi stadju avvanzat u kif fil-ġimghat li ġejjin se jkun jista’ jitgawda mill-pubbliku.
“Ġnien il-Koppin huwa proġett ieħor li minflok ġie żviluppat, se jkun jista’ jitgawda mill-pubbliku. Ġnien ieħor għal familji, b’diversi elementi edukattivi u interessanti għat-tfal. Illum in-nies qed japprezzaw l-isforz li qed nagħmlu biex ikollna aktar spazji miftuha. Dan jimlina b’aktar ħeġġa biex nużaw kull opportunità ħalli noħolqu aktar postijiet biex jitgawdew minn nies. Dan kollu huwa parti minn hidma usa biex ikollna komunitajiet aktar sostenibbli u adattati għal min ifittex li jqatta’ ħin ta’ kwalità fil-miftuħ,” qalet il-Ministru Miriam Dalli.
B’investiment ta’ aktar minn nofs miljun ewro saru diversi interventi biex fiż-żmien li ġej Ġnien il-Koppin jibda jitgawda mir-residenti Koppin u dawk tal-madwar. Fost ix-xogħolijiet li saru hemm passaġġi li huma magħmulin minn materjali riċiklabbli, servizzi tad-dawl u ilma, kif ukoll li l-ġibjun li ser ikun qiegħed jiġbor l-ilma tax-xita sabiex jintuża għall-irrigazzjoni.
Il-proġett se jinkludi spazji interattivi u edukattivi ddisinjati apposta għaż-żgħażagħ u l-familji, inkluż treehouses, żoni tal-logħob inkluż ping-pong, żoni tal-ħwawar aromatiċi, u strutturi għall-pollinazzjoni bħal bug hotels.
Il-Project Manager f’dan il-proġett, Dylan Abela Spiteri, irrimarka kif minkejja l-maltemp li laqat lill-pajjiż fil-ġimgħat li għaddew, ix-xogħol baqa’ jipprogressa grazzi għall-ippjanar xieraq u f’waqtu, u koordinazzjoni effettiva.

Works at Ġnien il-Koppin in Ħal Kirkop at an advanced stage
Works at Ġnien il-Koppin, an open space of about 1,600 square meters on Triq Nerik Xerri in Ħal Kirkop, are at an advanced stage. The area is being transformed into a community garden, another site that had previously been scheduled for development.
During a site visit by the Minister for the Environment and Energy Miriam Dalli, together with the Project Green team, members of the Ħal Kirkop local council, and Mayor Matthew Agius Zammit, the minister noted the progress of the project and stated that in the coming weeks it will be ready to be enjoyed by the public.
“Ġnien il-Koppin is another project that, instead of being developed for construction, will now be enjoyed by the public. It will be another garden for families, with various educational and interesting elements for children. Today people are appreciating the effort we are making to create more open spaces. This encourages us even more to make use of every opportunity to create places for people to enjoy. All of this forms part of a wider effort to build more sustainable communities and spaces suited for those seeking to spend quality time outdoors,” said Minister Miriam Dalli.
With an investment of more than half a million euros, several interventions have been carried out so that Ġnien il-Koppin can soon be enjoyed by residents of the Koppin area and nearby localities. Among the works carried out are pathways made from recyclable materials, lighting and water services, and the installation of a reservoir that will collect rainwater for irrigation.
The project will include interactive and educational spaces designed especially for young people and families, including treehouses, play areas such as ping-pong, aromatic herb zones, and pollination structures such as bug hotels.
The project manager, Dylan Abela Spiteri, noted that despite the bad weather that affected the country in recent weeks, work continued to progress thanks to proper and timely planning and effective coordination.


