Skip to content Skip to sidebar Skip to footer

Shape Your Space – Cleanup begins at White Rocks

Shape Your Space – Jibda t-tindif fil-White Rocks

Aktar minn 600 tunellata ta’ skart miġbura fi tlett ijiem

Matul din il-ġimgħa beda proċess estensiv ta’ tindif fil-White Rocks immexxi mill-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika. 

B’ħidma konġunta bejn Project Green u Clean Malta, it-tindif qed isir bil-għan li ż-żona titnaddaf mill-iskart li akkumula tul is-snin, inkluż skart ta’ kostruzzjoni, u b’hekk il-post isir aktar aċċessibbli u sigur. Fi tlett ijiem biss inġabru mas-600 tunellata ta’ skart.

Waqt żjara tax-xogħlijiet mill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika Miriam Dalli u s-Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika Glenn Bedingfield, ġie spjegat kif f’dan il-proċess ta’ tindif, inkixfu żoni li minħabba l-iskart u ħaxix li akkumula maż-żmien, sfaw mgħottija.

Il-Ministru Dalli spjegat kif għall-White Rocks il-ħsieb hu li filwaqt li jiġu mfassla l-pjanijiet fit-tul, anke riżultat tal-konsultazzjoni pubblika, ikun hemm partijiet minnu li jibdew ikunu aċċessibbli għan-nies fi żmien mhux bogħod, u huwa proprju għal dan il-għan li beda dan il-proċess ta’ tindif.

“Il-konsultazzjoni pubblika dwar it-tliet parks nazzjonali għadha għaddejja u daħlu ħafna ideat b’mod partikolari fejn jidħol il-White Rocks. Kien għalhekk li diġà tlaqna bl-ewwel inizjattivi inkluż it-tneħħija ta’ skart li hawn fuq is-sit mid-Diviżjoni għat-Tindif b’mod partikolari skart ta’ kostruzzjoni, kif ukoll xogħol min-naħa ta’ Project Green biex jinżabru żoni differenti. Irridu li n-nies jibdew jiġu f’dan il-post u jibdew jieħdu l-feel ta’ dan il-post u nkomplu niżviluppaw l-ideat tagħna biex din l-area verament issir park nazzjonali min-nies għan-nies,” qalet il-Ministru Miriam Dalli.

Is-Segretarju Parlamentari Glenn Bedingfield stqarr li, “Illum qed nibdew kapitlu ġdid għall-pajjiżna. Qed nagħtu lura lill-familji Maltin l-akbar medda ta’ art f’pajjiżna biex issir pulmun aħdar għall-familji tagħna, post fejn it-tfal jilgħabu, il-ġenituri jistrieħu u l-komunità tingħaqad. Dan hu investiment kuraġġuż, u bla preċedent, fil-kwalità tal-ħajja u fil-futur tal-Maltin – investiment li qed nagħmluh possibbli għax għandna ekonomija b’saħħitha. Qed nibnu Malta aktar umana, aktar sabiħa u aktar ambizzjuża.”

Ladarba jkun konkluż il-proċess ta’ tindif, Project Green tiskatta fażi oħra tax-xogħlijiet fejn tkun qed tanalizza s-sit f’aktar dettal, inkluż studji fuq it-tipografija taż-żona, analiżi tal-istrutturi eżistenti kif ukoll studji fuq il-flora u fawna.

Shape Your Space – Cleanup begins at White Rocks

More than 600 tonnes of waste collected in three days

This week, an extensive cleanup process began at White Rocks, led by the Ministry for the Environment, Energy and Public Cleanliness.

Through a joint effort between Project Green and Clean Malta, the cleanup is being carried out with the aim of clearing the area of waste that has accumulated over the years, including construction waste, thereby making the site more accessible and safe. In just three days, close to 600 tonnes of waste were collected.

During a site visit by Minister for the Environment, Energy and Public Cleanliness Miriam Dalli, and Parliamentary Secretary for Public Cleanliness Glenn Bedingfield, it was explained how, in the course of this cleanup process, squares that had become covered due to accumulated waste and overgrown vegetation were uncovered.

Minister Dalli explained that the vision for White Rocks is that, while long-term plans are being drawn up – also as a result of the public consultation – parts of the site will begin to be made accessible to the public in the not-too-distant future, and it is precisely for this purpose that this cleanup process has begun.

“The public consultation on the three national parks is still ongoing and many ideas have come in, particularly regarding White Rocks. That is why we have already launched the first initiatives, including the removal of waste on the site by the Cleansing Division – in particular construction waste – as well as work by Project Green to clear various areas. We want people to start coming to this place, to start getting a feel for it, and we will continue to develop our ideas so that this area truly becomes a national park by the people, for the people,” said Minister Miriam Dalli.

Parliamentary Secretary Glenn Bedingfield stated: “Today we are beginning a new chapter for our country. We are giving back to Maltese families the largest stretch of land in our country, to become a green lung for our families – a place where children play, parents rest, and the community comes together. This is a courageous and unprecedented investment in quality of life and in the future of the Maltese people – an investment we are making possible because we have a strong economy. We are building a Malta that is more humane, more beautiful and more ambitious.”

Once the cleanup process is concluded, Project Green will trigger another phase of works, during which it will analyse the site in greater detail, including studies on the topography of the area, analysis of existing structures, as well as studies on flora and fauna.