L-MEP Miriam Dalli qed tahdem flimkien m’aktar minn 50 persuna u NGOs differenti fuq il- proġett ‘Small Changes Big Impact’ biex flimkien johorgu bi proposti li jistghu jippromwovu l-ekonomija ambjentali f’pajjizna.
Negozji sostenibbli, l-immaniġġjar tad-djar b’mod effiċjenti, metodi ta’ trasport, spazji urbani, agrikoltura sostenibbli u energija nadifa huma fost is-suġġetti li qed ikunu diskussa waqt proġett ġdid imniedi mill-MEP Miriam Dalli. Dan il-proġett huwa miftuħ għal nies ta’ kull età li jixtiequ jagħmlu differenza fil-politika ambjentali.
Il-Membru Parlamentari Ewropew f’isem il-Partit Laburista, Miriam Dalli, nehdiet il- proġett ‘Small Changes Big Impact’, bl-għan li jkunu indirizzati l-isfidi ambjentali ewlenin f’Malta u Għawdex filwaqt li jkun imhares l-aspett ekonomiku u socjali. Dan il-proġett, mniedi fis-7 ta’ Marzu fil-preżenza tal-Ministru għall-Ambjent Aaron Farrugia, huwa mfassal biex isir fuq medda ta’ sena. Minkejja COVID19 il-hidma tal-gruppi differenti fi hdan dan il-proget baqghet ghaddejja b’diversi laqghat remote.
“Il-pajjiz irid jinvesti biex pajjizna jerga’ jdawwar r-rota ekonomika. Irid ikun accertat li l-investiment li jsir isir fid-direzzjoni t-tajba. COVID-19 hija sfida pero’ ghandna sfida wkoll li ilha maghna zmien, dik tat-tibdil fil-klima u jekk mhux se nindirizzawha issa, se jkollna issues li rridu nindirizzaw f’qasir zmien,” qalet Miriam Dalli.
Studenti, attivisti, rapprezentanti ta’ NGOs u imprendituri qed jaqsmu l-ħsibijiet u l-ideat tagħhom u qed jitkellmu ma’ stakeholders differenti.
“Ma rridx li dan il-proget jibqa’ biss pjattaforma ta’ grupp ta’ nies li jaghtu l-opinjoni taghhom u nieqfu hemmhekk. Se nkunu qed nigbru l-proposti fuq is-suggetti differenti u nipprezentawhom lill-awtoritajiet rilevanti ghaliex irridu naraw differenza pozittiva.,” qalet Miriam Dalli.
Fl-ewwel laqgħa, l-MEP Miriam Dalli u l-Ministru Aaron Farrugia iltaqghu mal-parteċipanti li tqassmu f’gruppi ta’ ħidma differenti, waqt li semgħu l-fehmiet u l-ideat tagħhom. L-ideat u s-suġġerimenti miġbura matul dan il-proġett se jiffurmaw il-bażi ta’ dokument politiku li se jkun ippreżentat kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll f’dak Ewropew.
Il-Ministru tal-Ambjent Aaron Farrugia ħeġġeġ lil dawk preżenti biex huma stess ikunu katalisti għall-bidla li jixtiequ jaraw madwarhom u ħajjarhom biex ikomplu jagħmlu pressjoni fuq il-Gvern, l-imsieħba soċjali u stakeholders oħra biex jimplimentaw dawn is-soluzzjonijiet għall-ġid ta’ Malta. Hu faħħar l-isforzi li qed isiru minn dan il-working group biex joħroġ b’ideat u proposti tanġibbli li jissarrfu f’ambjent aħjar għal pajjiżna.
Il-proġett ‘Small Changes Big Impact’ joffri lill-istakeholders spazju newtrali għal djalogu kostruttiv. Dawk interessati li jipparteċipaw jew jikkontribwixxu f’dan il-proġett huma mħeġġa jibagħtu email fuq info@miriamdalli.com.