Skip to content Skip to sidebar Skip to footer

€6 million for more than 3,000 companies in electricity bill refunds

Aktar minn 5,000 kumpanija u self-employed se jkunu qed jirċievu lura b’total ta’ €6 miljun f’rifużjonijiet tal-kontijiet tad-dawl, grazzi għal skema li ġiet imnedija mill-Malta Enterprise. Barra minn hekk, il-wage supplement qed jinħareġ kmieni, biex b’hekk qed inpoġġu €40 miljun fil-bwiet tal-ħaddiema u n-negozji.

Dan ħabbritu l-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli.

F’konferenza tal-aħbarijiet dwar l-iskema tar-rifużjoni tal-kont tad-dawl għan-negozji, il-Ministru Dalli spejgat li dawn il-kumpaniji u negozji li qed joperaw minn Malta u Għawdex jimpjegaw ‘il fuq minn 25,800 ħaddiem. Fost il-5,000 kumpanija li bdew jirċievu dan il-ħlas hemm 1,860 persuna li jaħdmu għal rashom.

“L-għan tagħna huwa li nkunu ta’ spalla għan-negozji, biex nassiguraw li l-familji u l-ħaddiema tagħna jkunu protetti. L-iskema tar-rifużjoni fuq il-kontijiet tad-dawl hija waħda minn numru ta’ għajnuniet li tajna u li se nkomplu nagħtu lin-negozji,” qalet il-Ministru.

L-iskema tar-rifużjoni tal-kont tad-dawl tħabbret bil-għan li tgħin lin-negozji matul ix-xhur ta’ Lulju, Awwissu u Settembru. Malta Enterprise rċiviet 6,400 applikazzjoni u se jkunu qed jiġu mgħejjuna madwar 7,220 kont tad-dawl; fejn kumpanija kellha kont wieħed, din setgħet titlob għal rifużjoni sa massimu ta’ €1,500; negozji b’aktar minn kont wieħed setgħu jirċievu sa massimu ta’ €7,500, skont in-numru ta’ ħaddiema u l-wage supplement.

It-total f’għajnuna f’dawn iż-żminijiet tal-Milied se tkun qed tammonta għal madwar €40 miljun f’likwidità għan-negozji u s-self employed. Dan l-ammont jeskludi l-vouchers il-ġodda li se jkunu qed jibdew jingħataw minn Jannar.

“Nirringrazzja lill-Malta Enterprise li ħadmet biex tiżgura li mhux biss jitħallas il-maġġoranza tal-wage supplement ta’ Diċembru imma irsistejna wkoll biex ikun jista’ jinħareġ l-ewwel round ta’ pagamenti tar-rifużjoni tal-kontijiet tad-dawl.”

Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise Kurt Farrugia spjega kif bejn Marzu u Diċembru, ingħataw ‘il fuq minn €320 miljun permezz tal-iskema tal-Wage Supplement. Minn din l-iskema gawdew madwar 17,000 negozju u 85,000 ħaddiema. Il-Malta Enterprise tħaddem aktar skemi, fosthom dik tat-teleworking, il-leave tal-kwarantina u tar-rifużjoni fuq il-kirjiet.

“Dawn huma skemi li qed jgħinu li n-negozju jkun aktar b’saħħtu għal dawn iż-żminijiet u jkunu f’pożizzjoni biex iħallsu lill-ħaddiema tagħhom. Apparti dawn l-inċentivi, l-Malta Enterprise se tkompli taħdem fuq skemi oħra biex ngħinu lin-negozji jippreparaw ruħhom għall-futur permezz ta’ tibdil fl-operat tagħhom u biex jkunu f’pożizzjoni aħjar biex jimxu ‘l quddiem wara l-pandemija,” qal Kurt Farrugia.

Over 5,000 businesses will receive a total of €6 million in electricity bill refunds, through a scheme launched by Malta Enterprise. In addition, the wage supplement for the month of December is already being issued. This means that €40 million are being made available to workers and businesses.

This was announced by the Minister for Energy, Enterprise and Sustainable Development Miriam Dalli.

Addressing a press conference on the electricy refund scheme, Minister Dalli explained that the Maltese and Gozitan businesses who applied for the scheme employ over 25,800 workers. Out of the 5,000 businesses, 1,860 are self-employed.

“Our goal is to stand by businesses, to ensure that our families and workers are protected. The electricity bill refund scheme is one of a number of aids that we have given and will continue to give to businesses,” the Minister said.

The electricity bill refund scheme was announced with the aim of helping businesses during the months of July, August and September. Malta Enterprise has received 6,400 applications and around 7,220 bills will be supported. Companies with a single account could claim a refund of up to €1,500, whereas businesses with more than one account could receive up to € 7,500, depending on the number of employees and the wage supplement they receive.

The total aid from the two schemes alone over this Christmas period will amount to around €40 million in cash for businesses and self-employed workers.

“I would like to thank Malta Enterprise for ensuring that not only the majority of the December wage supplement is paid, but also enable the first round of electricity bill refund payments,” said Miriam Dalli.

Malta Enterprise CEO Kurt Farrugia explained how between March and December, over €320 million were distributed through the wage supplement scheme. About 17,000 businesses and 85,000 workers benefited from this scheme. Malta Enterprise operates more schemes, including schemes concerning telework, quarantine leave and rents.

“These schemes are helping businesses during these trying times whilst ensuring that they are able to pay their workers. Malta Enterprise will continue to work on regeneration schemes, to help companies prepare for the future in a post-COVID environment,” Kurt Farrugia said.