In-negozji Maltin u Għawdxin qed isibu spalla fil-gvern hekk kif Brexit qed jersaq aktar viċin. Filwaqt li l-gvern ilu għaddej bil-preparamenti, in-negozji Maltin iridu jkomplu jħejju ruħhom u jersqu ‘l quddiem meta jiltaqgħu ma’ problemi ġodda b’riżultat tat-tluq tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.
Dan il-messaġġ twassal mill-Ministru għall-Intrapriża Miriam Dalli u s-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi waqt webinar organizzat mill-Kamra Maltija għan-Negozji Żgħar u Medji. Din kienet opportunità biex in-negozji jistaqsu dwar il-preparamenti li jridu jsiru u jifhmu r-realtajiet ġodda li se ġġib magħha Brexit.
Waqt il-webinar, intqal li r-relazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi trid tissaħħaħ u huwa fl-interess ta’ Malta li kumpaniji Ingliżi jew li għandhom preżenza qawwija fir-Renju Unit jersqu lejn Malta.
Il-Ministru Dalli qalet li, affaċjat bi Brexit, il-gvern dejjem ippjana bil-ħsieb li jnaqqas l-impatt għan-negozji u biex negozji Maltin jagħmlu użu tajjeb mill-opportunitajiet li jistgħu jiżviluppaw. Żiedet tgħid li fil-ġimgħat li ġejjin se jkun qed jitħabbar sit elettroniku apposta fejn se tingħata informazzjoni dwar Brexit u fejn se jkun jista’ jsir kuntatt mal-operaturi fin-niċeċ ekonomiċi differenti.
“Nappellalkom biex tużaw dik l-għajnuna prattika, imma wkoll għajnuniet li jeżistu f’forma ta’ inċentivi, inkluż dik tat-Tibdil u Trasformazzjoni fin-Negozji. Permezz ta’ din l-iskema, tistgħu tirċievu sa €5,000 fuq spejjeż ta’ konsulenti fuq in-negozju. Dawn l-inċentivi jistgħu jgħinukom taddattaw in-negozji tagħkom b’reazzjoni għal-bidliet li se jġib miegħu Brexit,” qalet il-Ministru Dalli.
Is-Segretarju Parlamentari Stefan Zrinzo Azzopardi waqt din id-diskussjoni qal li l-liġijiet tal-UE ser jieqfu japplikaw għar-Renju Unit wara l-31 ta’ Diċembru 2020.
Is-Segretarju Parlamentari saħaq li bħala gvern saret ħidma sabiex id-dipartimenti u l-aġenziji jkunu preparati u jkunu jistgħu jgħinu n-negozji bl-aħjar mod possibbli. Huwa spjega li r-riżorsi amministrattivi żdiedu f’entitajiet bħad-Dwana, sabiex ilaħħqu mal-attività akbar li Brexit se ġġib magħha. Qed isiru korsijiet immirati lejn entitajiet kummerċjali biex huma jkunu mħejjija għas-sistemi l-ġodda. Irrefera wkoll għal tħejjijiet oħra li qed isiru minn Identity Malta biex jiġu rreġistrati residenti Ingliżi f’Malta, kif ukoll għall-ħidma li qed issir mill-Ministeru għas-Saħħa u mill-Awtorità tal-Mediċini rigward l-importazzjoni tal-mediċini, li 80% huma importati mir-Renju Unit.
Il-Kap Eżekuttiv tal-Malta Chamber of SMEs Abigail Mamo saħqet fuq l-importanza li n-negozji jkunu preparati għal meta Brexit iseħħ.
Kull min jixtieq aktar tagħrif għandu jżur is-sit www.brexit.gov.mt, li qed ikun aġġornat kontinwament b’avviżi u b’informazzjoni skont kif ikun meħtieġ. Qed tiġi offruta assistenza diretta liċ-ċittadini permezz tal-Brexit helpline fuq in-numru 153 u lin-negozji fuq il-BusinessFirst helpline fuq in-numru 144, kif ukoll permezz tal-posta elettronika fuq l-indirizz brexit@gov.mt, fejn qed jiġu mwieġba mistoqsijiet individwali u aktar speċifiċi.
As Brexit edges closer, Maltese and Gozitan businesses are being given a helping hand by the government. While the government has been making preparations, Maltese businesses must continue to prepare themselves and express their concerns when they encounter new challenges as a result of the UK leaving the European Union.
This message was conveyed by Minister for Enterprise Miriam Dalli and Parliamentary Secretary for European Funds Stefan Zrinzo Azzopardi during a webinar organised by the Malta Chamber of Small and Medium Enterprises. This was an opportunity for businesses to communicate about the preparations that need to be made and to understand the new realities that Brexit will bring.
During the webinar, it was said that the relationship between the two countries needs to be strengthened and that it is in Malta’s interest to attract British companies or companies with a strong presence in the United Kingdom.
Minister Dalli said that, faced with Brexit, the priority of this government is to reduce negative impacts on business, and for Maltese businesses to make good use of the opportunities that can develop. She added that, in the coming weeks, a specific website will be announced, where information on Brexit will be provided and where operators from the different economic niches can be contacted.
“I urge you to use this practical help, but also to learn about existing aids in the form of incentives, including that of the Business Change and Transformation. Through this scheme, you can receive up to €5,000 as a refund on the costs of business consultants. These incentives can help you adapt your businesses in response to the changes that Brexit will bring about,” Minister Dalli said.
Parliamentary Secretary Stefan Zrinzo Azzopardi reminded that EU laws will cease to apply to the United Kingdom after the 31st of December 2020. The Parliamentary Secretary held that the government has been working so that departments and agencies are prepared and able to assist businesses in the best possible way. He explained that administrative resources have been increased in entities such as Customs, in order to cope with the increased activity that Brexit will bring. Specific courses aimed at commercial entities are being held to prepare them for the new scenarios. He also referred to other preparations being made by Identity Malta to register British residents in Malta, as well as to the work being done by the Ministry for Health and the Medicines Authority regarding the importation of medicines, 80% of which are imported from the UK.
The Malta Chamber of SMEs’ Chief Executive Abigail Mamo emphasized the importance of preparing businesses for Brexit.
Anyone wishing for more information should visit the site www.brexit.gov.mt, which is constantly updated with notices and informative material. Direct assistance is being offered to citizens via the Brexit helpline on number 153 and to businesses on the BusinessFirst helpline on number 144. Help is also provided via e-mail on the address brexit@gov.mt, where more individual and specific questions may be addressed.