Skip to content Skip to sidebar Skip to footer

Energy Minister Miriam Dalli visits Tek Moulds Precision Engineering Ltd, emphasising the importance of energy stability for manufacturing supply chains

Il-Ministru għall-Enerġija Miriam Dalli tenfasizza l-importanza tal-istabbiltà fl-enerġija għall-provvista tal-manifattura waqt żjara lil Tek Moulds Precision Engineering Ltd

Fid-dawl tal-iżviluppi li għaddejjin fis-settur tal-enerġija, il-Ministru għall-Enerġija Miriam Dalli żaret lil Tek Moulds Precision Engineering Ltd, SME lokali speċjalizzata fil-manifattura ta’ forom ta’ preċiżjoni.

Imwaqqfa fl-2003, il-kumpanija topera f’settur li jikkonsma ħafna enerġija, bi proċessi ta’ produzzjoni li jiddependu ħafna fuqha. Waqt iż-żjara, il-fundatur tal-kumpanija Kevin Busuttil spjega kif id-deċiżjoni tal-Gvern li ma jżidx il-prezzijiet tal-enerġija ppermettiet lil kumpanija bħalma hija tiegħu tibqa’ kompetittiva.

Il-Ministru Miriam Dalli qalet li s-saħħa tal-manifattura f’Malta tiddependi fuq ir-reżiljenza tal-katina sħiħa tal-provvista tagħha. “Kumpaniji bħal Tek Moulds Precision Ltd għandhom rwol kruċjali biex jappoġġjaw industriji oħra. Mingħajrhom, manifatturi akbar isibuha diffiċli biex jiddependu fuq fornituri lokali, u dan idgħajjef l-ekosistema kollha. Dan in-network ta’ produtturi speċjalizzati jippermetti lill-ekosistema tal-manifattura f’Malta taħdem tajjeb u tiffjorixxi.”

Imwaqqfa fl-2003, Tek Moulds timpjega 34 persuna.

“F’industriji li jużaw ħafna enerġija, il-kompetittività fil-prezz hija kruċjali. Bl-appoġġ meħtieġ, u bl-inkoraġġiment biex jinvestu f’tagħmir effiċjenti fl-użu tal-enerġija, il-kumpaniji Maltin jistgħu jkomplu joperaw b’mod kompetittiv u effiċjenti,” qalet il-Ministru Dalli.

Kevin Busuttil tenna li spejjeż stabbli u prevedibbli tal-enerġija huma essenzjali għall-ippjanar, għall-investiment, u biex il-kumpanija tibqa’ tagħmel parti minn katini akbar tal-provvista fil-manifattura. Qal li, mingħajr sistema ta’ appoġġ bħal din, l-ispejjeż tal-operat ikunu ferm ogħla. Huwa stqarr li, meta mqabbla mar-rati industrijali f’pajjiżi bħal Franza u l-Ġermanja, il-miżura attwali tal-Gvern qed tippermetti lil Tek Moulds tiffranka madwar 77% mill-kont tad-dawl.

Energy Minister Miriam Dalli visits Tek Moulds Precision Engineering Ltd, emphasising the importance of energy stability for manufacturing supply chains

Against a backdrop of ongoing developments in the energy sector, Energy Minister Miriam Dalli visited Tek Moulds Precision Engineering Ltd, a local SME specialised in precision moulds.

Founded in 2003, the company operates in an energy-intensive sector with highly energy-dependent production processes. During the visit, SME founder Kevin Busuttil explained how the government’s decision not to increase energy prices has allowed a company like his to remain competitive.

Minister Miriam Dalli said Malta’s manufacturing strength depends on the resilience of its entire supply chain. “Companies like Tek Moulds Precision Ltd play a critical role in supporting other industries. Without them, larger manufacturers would struggle to rely on local suppliers, weakening the whole ecosystem. This network of specialised producers allows Malta’s manufacturing ecosystem to work well and flourish.”

Founded in 2003, Tek Moulds employs 34 people.

“In energy-intensive industries, price competitiveness is crucial. With the proper support, and the encouragement to invest in energy efficient equipment, Maltese companies can continue to operate competitively and efficiently,” Minister Dalli said.

Kevin Busuttil reiterated that stable and predictable energy costs are essential for planning, investment, and remaining part of larger manufacturing supply chains. Without such a support system, he said, operating costs would be much higher. He stated that, when compared to industrial rates in countries such as France and Germany, the current government measure was allowing Tek Moulds to save about 77% on energy bill.