Skip to content Skip to sidebar Skip to footer

New 2026 renewable energy initiatives launched for households and businesses

Jitniedu inizjattivi ġodda tal-enerġija rinnovabbli għall-familji u n-negozji

Il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika Miriam Dalli, flimkien mar-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma (REWS), nediet l-inizjattivi tal-enerġija rinnovabbli għall-2026 li se jkomplu jħaffu t-tranżizzjoni ta’ Malta lejn enerġija aktar nadifa u sostenibbli.

“Dan il-pakkett jirrifletti l-impenn kontinwu tal-Gvern biex nimxu ’l quddiem fit-tranżizzjoni tal-enerġija f’Malta. Qegħdin ninvestu kemm f’infrastruttura fuq skala kbira kif ukoll fil-familji, biex niżguraw li kemm il-familji kif ukoll in-negozji jibbenefikaw minn enerġija aktar nadifa u aktar affordabbli, filwaqt li nsaħħu s-sigurtà u r-reżiljenza tal-enerġija nazzjonali,” qalet il-Ministru Miriam Dalli.

Il-Kap Eżekuttiv tar-REWS, Ing. Maria Aquilina, żiedet: “Dawn l-inizjattivi huma mfassla biex jagħmlu l-enerġija rinnovabbli aktar aċċessibbli f’kull livell. Minn proġetti kbar sa sistemi domestiċi, ir-REWS tibqa’ impenjata li tappoġġja lill-applikanti permezz ta’ gwida ċara u implimentazzjoni effettiva.”

Il-pakkett jinkludi inizjattivi ta’ enerġija rinnovabbli għall-familji u għall-industriji fi tliet kategoriji separati. Dawn huma: skemi ta’ sapport għall-familji li jappoġġja investiment f’sistemi fotovoltajċi u ħażna tal-batteriji flimkien ma’ Feed-in Tariff; Feed-in Tariff għal installazzjonijiet taħt l-40kWp (applikabbli kemm għal sistemi residenzjali kif ukoll għal dawk li mhumiex residenzjali); u l-Invitations to Bid (ITBs) tal-2026 għal proġetti ta’ enerġija rinnovabbli fuq skala kbira.

Permezz tal-ITBs, il-Gvern se joffri kuntratti ta’ 20 sena għal premium għal kull kilowatt-hour (kWh) ġġenerat. Il-proġetti se jintgħażlu permezz ta’ proċess kompetittiv imsejjaħ “pay-as-bid” ibbażat fuq l-effiċjenza tal-ispejjeż u l-kapaċità disponibbli. Fl-2026, se jsiru żewġ sejħiet li jinkludu ITB waħda għal kull waħda mill-kategoriji ta’ 40kW sa inqas minn 200kW u ta’ 200kW sa inqas minn 1MW, li se jsiru fl-istess ħin. Il-kapaċità disponibbli għal kull sejħa se tkun ta’ 2.5MW (40kW sa inqas minn 200kW) u 5000kW (200kW sa inqas minn 1MW). Dan ifisser li total ta’ 15MW se jkun disponibbli għall-allokazzjoni. Il-prezz tal-offerta se jkun limitat għal €0.14/kWh. Sejħa separatagħal installazzjonijiet ta’ enerġija rinnovabbli ta’ 1MW jew aktar se jkollha allokazzjoni ta’ 38MW. Il-prezz massimu permess għall-offerti se jkun bejn €0.094/kWh u €0.177/kWh, skont it-tip u l-kategorija tal-installazzjoni.

Il-familji u entitajiet li jinstallaw sistema fotovoltajka fuq skala żgħira taħt l-40kWp, u li ma jibbenefikawx minn għotja, se jkomplu jirċievu Feed-in Tariff ta’ €0.15/kWh, garantit għal 20 sena, b’allokazzjoni totali ta’ 8MWp fl-2026. Matul l-aħħar tliet snin, 9.2MWp ingħataw Feed-in Tariff ta’ €0.15/kWh mingħajr għotja.

Fl-istess ħin, ir-REWS se tkun qed tamministra skemi ta’ enerġija rinnovabbli għall-familji b’baġit totali ta’ €15.3 miljun, inklużi €4.1 miljun għal sistemi fotovoltajċi u €11.2 miljun għall-ħażna tal-batteriji. L-applikazzjonijiet jiftħu fl-20 ta’ April 2026 u jibqgħu miftuħa sa Novembru 2026, jew sakemm jispiċċaw il-fondi.

L-iskema ta’ sapport RES toffri tliet għażliet: sistema PV b’inverter ibridu; inverter ibridu/batterija flimkien ma’ ħażna tal-batteriji; jew ħażna tal-batteriji biss. Sidien ta’ installazzjonijiet fotovoltajċi fuq proprjetajiet residenzjali (anke dawk li ma jibbenefikawx minn ebda għajnuna fuq is-sistema fotovoltajka, jiġifieri mingħajr feed-in tariff jew għotja) u li ilhom konnessi mal-grid għal mill-inqas sitt snin jistgħu japplikaw għal inverter ibridu/batterija u ħażna tal-batteriji.

Se jkun hemm ukoll inċentiv finanzjarju addizzjonali ta’ 5% għall-iskema ta’ għotjiet għal tagħmir li jikkonforma mal-Net-Zero Industry Act (NZIA) tal-UE, li jippromwovi l-produzzjoni u l-adozzjoni ta’ teknoloġiji ta’ enerġija nadifa madwar l-Ewropa.

New 2026 renewable energy initiatives launched for households and businesses

Minister for the Environment, Energy and Public Cleanliness Miriam Dalli, together with the Regulator for Energy and Water Services (REWS), launched the 2026 renewable energy initiatives to continue accelerating Malta’s transition towards a cleaner and more sustainable energy.

“This package reflects Government’s continued commitment to move forward in Malta’s energy transition. We are investing in both large-scale infrastructure and households, ensuring families and businesses benefit from cleaner, more affordable energy while strengthening national energy security and resilience,” Minister Miriam Dalli stated.

REWS Chief Executive Officer Ing. Maria Aquilina added: “These initiatives are designed to make renewable energy more accessible at every level. From major projects to household systems, REWS remains committed to supporting applicants through clear guidance and effective implementation.”

The package includes renewable energy initiatives for households and industries in three separate categories. These are: Household grant schemes coupled with a Feed-in Tariff supporting investment in photovoltaic systems and battery storage; Feed-in Tariff for installations below 40kWp (applicable to both residential and non-residential); and 2026 Invitations to Bid (ITBs) for large-scale renewable energy projects.

Through the ITBs, Government will offer 20-year contracts for a premium per kilowatt-hour (kWh) generated. Projects will be selected through a competitive pay-as-bid process based on cost efficiency and available capacity. In 2026, two calls consisting of one ITB for each of the categories 40kW up to less than 200kW and 200kW up to less than 1MW, will run concurrently. The capacity available for allocation in each call will be 2.5MW (40kW up to less than 200kW) and 5000kW (200kW up to less than 1MW). This means that a total of 15MW will be available for allocation. The bid price will be capped at €0.14 /kWh. A separate call for renewable energy installations of 1MW or more will have a capacity allocation of 38MW. The maximum allowed bid price will be between €0.094/kWh and €0.177/kWh, depending on the type and category of installation.

Households and non-households that install a small-scale photovoltaic system below 40kWp, and do not benefit from a grant, will continue to receive a Feed-in Tariff of €0.15/kWh, guaranteed for 20 years with a total allocation of 8MWp in 2026. Over the past three years, 9.2MWp were offered a Feed-in Tariff of €0.15/kWh without a grant.

In parallel, REWS will be administering renewable energy schemes for households with a total budget of €15.3 million, including €4.1 million for photovoltaic systems and €11.2 million for battery storage. Applications open on 20th April 2026 and will remain available until November 2026, or until funds are exhausted.

The RES grant scheme offers three options: a PV system with a hybrid inverter; a Hybrid/Battery inverter and battery storage; or battery storage only. Owners of PV installations on residential premises (even those that do not benefit from any aid on the PV system i.e. no feed-in tariff or grant) and connected to the grid for at least 6 years may apply for a Hybrid/Battery inverter and battery storage.

An additional 5% financial incentive for the grant scheme will be available for equipment compliant with the EU’s Net-Zero Industry Act (NZIA), which promotes the production and adoption of clean energy technologies across Europe.