Skip to content Skip to sidebar Skip to footer

Ħu ħsieb saħħtek… u l-ambjent

Jekk hemm xi ħaġa mhux ikkontestata hija l-kredibilità ta’ dan il-Gvern biex isolvi l-problemi li ħoloq Gvern Nazzjonalista. Problemi li

Xi sħana! Il-frażi fuq fomm kulħadd hekk kif it-temperaturi jkomplu jiżdiedu, sena wara l-oħra. Dan huwa eżempju ċar tal-konsegwenzi li qed iġġib magħha t-tibdil fil-klima.  

Iżda meta nkunu konxji tad-deċiżjonijiet li nieħdu, jiġifieri li f’dak kollu li nagħmlu nippruvaw inkunu sostenibbli, nkunu qed nagħmlu l-parti tagħna sabiex innaqqsu l-effetti negattivi li ġejjin mit-tibdil fil-klima.  

Li wieħed ikun sostenibbli tfisser stil ta’ ħajja li jagħmel ġid kemm għal dak li jkun kif ukoll differenza pożittiva fl-aspett ambjentali kif ukoll soċjali. Li wieħed jkun sostenibbli ma jfissirx biss  li wieħed juża enerġija nadifa permezz ta’ solar panels jew karozzi elettriċi, għalkemm dawn jagħmlu differenza sostanzjali fl-ambjent, il-prinċipju tas-sostenibbiltà jmur lil hinn minn hekk. 

Issa li s-sajf qiegħed magħna, xorta waħda nistgħu nkunu sostenibbli waqt li ngawdu s-sajf.  B’azzjonijiet  żgħar, iżda li jagħmlu impatt kbir. Biż-żieda fis-sħana  wieħed għandu jixrob aktar ilma biex jipproteġi saħħtu. Fl-istess ħin hija opportunita biex wieħed ikun sostenibbli u juża fliexken alternattivi għall-plastik. Fliexken li tista’ ġġorrhom miegħek u għalhekk jintużaw aktar minn darba. Permezz ta’ dan mhux biss inkunu qed nieħdu ħsieb s-saħħa tagħna iżda nkunu qed inħarsu l-ambjent u l-ekosistemi. Ir-raġuni hija li b’anqas użu tal-plastik innaqqsu l-ammont ta’ plastik li għal xi raġuni jew oħra jispiċċa fl-ibħra jew il-widien tagħna, b’detriment għall-ambjent.  

Jekk kulħadd jieħu din l-inizjattiva nkunu qed innaqqsu l-konsum tal-plastik bi 80%. Il-ħsara hija kkważata mill-fatt li, kull sena, mat-tmien miljun tunellata ta’ plastik jinstabu fl-oċejani madwar id-dinja. Għalhekk meta wieħed ikun qed juża reusable bottles, ikun ukoll qed jippreserva l-biodiversità  u l-ekosistema ta’ taħt il-baħar. 

Apparti minn hekk, meta wieħed jagħmel xi barbeque jew imur ħdejn il-baħar, għandu joqgħod attent li ma jħallihx skart warajh. Fix-xtajtiet Maltin nsibu diversi kontenituri biex wieħed jiddisponi l-iskart fihom; insibu kontenituri għal skart riċiklabbli kif ukoll, fejn hu permissibbli li jsiru BBQs, wieħed issib ukoll kontenituri biex jiġi mormi l-faħam. Meta nkunu se nagħmlu xi BBQ ħdejn il-baħar għandna nużaw  pożati li jistgħu jerġgħu jintużaw u  mhux  tużahom darba biss. 

Minn naħa l-oħra meta nkunu madwar il-baħar ma għandix narmu fdalijiet tas-sigaretti mal-art. Biex inġib eżempju tal-ħsara li ssir, sigarett wieħed iniġġeż sa 500 litru ta’ ilma u jieħu ħafna snin biex jiddegrada. Illum il-ġurnata huwa faċli ssib kontenituri li fihom tista’ tarmi l-fdalijiet tas-sigaretti – agħmel użu minnhom.

Malta għandha madwar 11-il bajja li ġew mogħtija il-Blue Flag, fejn dan jiċċertifika li dawn il-bajjiet għandhom kwalità ta’ ilma tajjeb, is-sigurtà u l-ambjent ta’ madwar il-bajjiet. Għalhekk l-impenn tagħna huwa li nkomplu nsaħħu l-qasam ambjentali u nkunu sostenibbli f’kull haġa li nagħmlu kemm  bħala Gvern, kif ukoll bħala ċittadini.

Bħala Gvern, u bħala Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli, qed nieħdu diversi inizjattivi biex inkunu aktar sostenibbli u nkomplu nilħqu l-miri tal-Iżvilupp Sostenibbli hekk kif indikati mill-Ġnus Magħquda. Permezz ta’ water saving kits li tqassmu fid-djar madwar Malta, se jkun qed jiġi regolat l-użu tal-ilma fid-djar. F’pajjiżna ngawdu ħafna siegħat ta’ xemx, għalhekk hemm l-għajnuniet għall-użu tas-solar panels.  

Għalhekk inħeġġiġkom biex tkomplu tagħtu sehemkom f’dan il-qasam ħalli niġġieldu l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima flimkien. 

Dan l-artiklu deher għall-ewwel darba fuq il-gazzetta t-Torċa fl-1 ta’ Lulju, 2021