English Version :
Regeneration of an open space in Ħal Safi to ensure accessibility and efficient use of resources
With an investment of €200,000 an area of around 1,165m2 will be regenerated to provide better access to persons with disability while ensuring the efficient use of resources such as water and electricity.
This regeneration will see a building of a reservoir to serve as rainwater catchment, which will then be reused for the watering of plants and trees.
This project which will benefit the Ħal Safi community, was announced by the Minister for Energy, Enterprise and Sustainable Development together with the Director General of Parks Malta Adrian Attard, in the presence of representatives from the Ħal Safi Local Council.
As part of the investment, this project will offer an open space at the Ħal Safi community, as a place of recreation for residents. Parks Malta is ensuring a picnic area as well as a dog park – an area which will be equipped with furniture to provide a secured space for dog training.
“We are constantly announcing projects related to open spaces, as sustainability lies at the centre of our projects, as we are equipping this area with efficient systems and making them accessible for everyone. Together with Parks Malta, we look forward to continuing to work and provide more open spaces”, said Minister Dalli.
This investment will include the removal of invasive species and the planting of shrubs and indigenous trees.
“Parks Malta is committed to continue working with more local councils to provide more open spaces within the community. Now we look forward to seeing the public enjoy these open spaces”, said Adrian Attard.
Present for the project launch was Parks Malta Director General Adrian Attard and representatives from the Ħal Safi Local Council.
This regeneration will be completed in the coming months.
Maltese Version :
Riġenerazzjoni ta’ spazju abbandunat f’Ħal Safi li se jassigura aċċessibilità għall-persuni b’diżabilità u effiċjenza fl-użu tar-riżorsi
B’investiment ta’ €200,000, żona abbandunata b’medda ta’ madwar 1,165 metru kwadru se tkun riġenerata u mibdula fi spazju miftuħ li joffri aċċessibilità lill-persuni b’diżabilità, u jassigura effiċjenza fl-użu tar-riżorsi bħalma huma l-ilma u d-dawl.
L-iżvilupp ta’ dan l-ispazju miftuħ se jkun qed jara li jiġi mibni ġibjun għall-ħażna tal-ilma tax-xita sabiex dan ma jintilifx u jintuża għat-tisqija tal-ġnien.
Se jkun qed isir investiment fis-sistema tad-dawl li se jassigura effiċjenza u titjib fis-servizz.
Dan il-proġett għall-komunità tħabbar mill-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli flimkien mad-Direttur Ġenerali ta’ Parks Malta Adrian Attard fil-preżenza tal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Safi.
Fost l-għanijiet ta’ dan il-proġett hemm dak li joffri spazju miftuħ fil-komunità ta’ Ħal Safi, biex ir-residenti ta’ dan ir-raħal ikollhom post għar-rikreazzjoni. Parks Malta qed tassigura żona ta’ picnic kif ukoll dog park, fejn se jkun hemm apparat apposta sabiex il-klieb ikunu jistgħu jiġu mħarrġa f’żona sigura.
“Minn żmien għall-ieħor qed inħabbru diversi proġetti ta’ spazji miftuħa, filwaqt li dejjem inżommu f’moħħna l-element sostenibbli fejn il-ġnien jitħaddem b’sistemi effiċjenti u fejn jipprovdi aċċessibilità għal kulħadd. Għalhekk flimkien ma Parks Malta kommessi li nkomplu nagħtu aktar spazji miftuħa liċ-ċittadini tagħna”, qalet il-Ministru Dalli.
L-investiment se jkopri wkoll it-tneħħija ta’ speċi invażivi u t-tħawwil ta’ pjanti u siġar indiġeni.
“Parks Malta impenjati nkomplu naħdmu ma’ aktar kunsilli lokali biex inkomplu nipprovdu spazji miftuħa fil- komunità. Għalhekk issa nħarsu ‘l quddiem biex fi ftit żmien ieħor il-pubbliku jkun jista’ jgawdi dawn il-ġonna”, qal is-Sur Adrian Attard.
Preżenti għat-tnedija ta’ dan il-proġett kien hemm id-Direttur Ġenerali ta’ Parks Malta Adrian Attard u rappreżentati mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Safi.
Ir-riġenerazzjoni ta’ dan il-ġnien se tkun qed titlesta fix-xhur li ġejjin.