English Version :
More than 100,000 persons attended the second edition of Christmas in the Park, organised by the Ministry for the Environment, Energy and Enterprise. Spanning over 10 days, and with free entrance, the Salini National Park was turned into a Christmas Village, attracting locals and foreigners alike. The village served both as a Christmas attraction and an educational experience about sustainable development and environmental care. Crafts, products and stalls promoted sustainability whilst giving children and adults a hands-on experience.
With Christmas characters such as Santa Claus, Rudolph and Frosty the Snowman and the participation of singers and bands, visitors were indeed treated to a magical time. A section of the park was transformed into an Enchanted Forest, whilst an illuminated pathway guided visitors to another section of the park.
“Our commitment is for families to enjoy open spaces and we’re working on making them more accessible. Such activities not only attract the public but can also serve as an educational experience,” Minister Miriam Dalli said. She noted that the ministry organises a series of activities such as Wirt in-Natura throughout the year. These activities, with free entrance, will continue throughout 2023.
The ministry thanked everyone for their attendance.
Maltese Version
Aktar minn 100,000 persuna jżuru l–villaġġ tal-Milied fil-Park Nazzjonali tas-Salini
’Il fuq minn 100,000 persuna żaru l-villaġġ tal-Milied fil-Park Nazzjonali tas-Salini, imtella’ mill-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża. It-tieni edizzjoni ta’ ‘Christmas in the Park’ attirat lejha diversi viżitaturi, Maltin u barranin, li gawdew minn atmosfera tal-Milied filwaqt li setgħu josservaw u jixtru prodotti sostenibbli, magħmula minn materjal riċiklat. It-tfal kellhom l-opportunità li jagħmlu krafts filwaqt li jżuru stands b’informazzjoni marbuta mal-ambjent.
Akkumpanjati minn kantanti u bands lokali, min żar il-villaġġ tal-Milied kellu l-opportunità li jimxi fl-Enchanted Forest, b’diversi effetti tad-dwal, karattri u strutturi b’tema ambjentali. It-tfal iltaqgħu ma’ Santa Klaws u aktar karattri tal-Milied bħal Rudolph u Frosty the Snowman. Il-villaġġ tal-Milied kien miftuħ fuq medda ta’ għaxart ijiem, bis-sehem ta’ diversi entitajiet fi ħdan il-ministeru.
“Kif inhu l-impenn tagħna, irridu li l-familji jgawdu l-ispazji miftuħa u għalhekk qed inkomplu naħdmu biex isiru aktar aċċessibbli. Attivitajiet bħal dawn jattiraw in-nies lejhom filwaqt li jservu bħala esperjenza edukattiva”, qalet il-Ministru Miriam Dalli. Hija fakkret kif il-ministeru jorganizza sensiela ta’ attivitajiet bi dħul bla ħlas magħrufa bħala Wirt in-Natura f’diversi spazji miftuħa matul is-sena. Dawn l-attivitajiet se jkomplu anke fis- sena li ġejja.
Il-ministeru rringrazzja lil dawk kollha li attendew għal din l-attività.