Skip to content Skip to sidebar Skip to footer

Malta’s Renewable Energy Share more than triples in 10 years, reaching 17.2% in 2024

Malta tittrippla s-sehem tagħha ta’ enerġija rinnovabbli f’10 snin, tilħaq 17.2% fl-2024

Malta laħqet 17.2% tal-bżonnijiet tal-enerġija tagħha minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fl-2024, Ii jimmarka żieda ta’ iktar minn żewġ punti perċentwali meta mqabbel mas-sena ta’ qabel, skont figuri maħruġa mill-Eurostat.​

Il-figuri juru żieda kostanti u b’saħħitha fl-aħħar deċennju fis-sehem tal-enerġija rinnovabbli għal Malta. Fl-2014, is-sorsi rinnovabbli ammontaw għal ftit inqas minn 5% tat-taħlita tal-enerġija, li jfisser li f’dawn l-aħħar għaxar snin dan is-sehem ittrippla.

B’17.2%, Malta llum tikklassifika aħjar minn numru ta’ stati membri oħra tal-UE, inkluż l-Irlanda (16.1%), il-Lussemburgu (14.7%), u l-Belġju (14.3%), waqt li tqarreb il-figuri tal-Polonja b’17.8%. Madwar il-pajjiżi tal-UE, l-Iżvezja kellha l-ogħla sehem ta’ enerġija rinnovabbli b’62.8%, segwita mill-Finlandja (52.1%) u d-Danimarka (46.8%). Il-medja tal-UE kienet ta’ 25.2% fl-2024.

Malta rreġistrat ukoll waħda mill-akbar żiedet minn sena għall-oħra fis-sehem tal-enerġija rinnovabbli fost l-istati membri. B’żieda ta’ 1.8% fuq is-sena ta’ qabel, kienu biss erba’ pajjiżi li rreġistraw titjib aqwa minn dan; il-Latvja (+2.3%), l-Olanda (+2.6%), id-Danimarka (+3.0%), u l-Litwanja (+3.5%).

Din iż-żieda li rnexxielha tirreġistra Malta, minkejja l-limitazzjonijiet ġeografiċi u d-daqs tagħha, tirrifletti l-impenn tal-pajjiż biex inaqqas id-dipendenza fuq sorsi li mhux rinnovabbli ta’ enerġija. Dan it-titjib wasal fost l-oħrajn grazzi għall-inċentivi finanzjarji, skemi ta’ sapport u inizjattivi mmirati lejn it-tranżizzjoni għal enerġija rinnovabbli.

Il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika Miriam Dalli laqgħet b’sodisfazzjon dawn ir-riżultati, u nnutat kif Malta tinsab fi triqtha biex tilħaq il-miri tagħha tal-enerġija rinnovabbli. Indikat kif dan il-progress huwa grazzi għall-isforzi kollettivi tal-entitajiet fi ħdan il-Ministeru, li huma responsabbli għad-disinn u l-implimentazzjoni ta’ dawn l-iskemi ta’ sapport, kif ukoll għall-parteċipazzjoni tal-pubbliku u l-interess f’dawn l-iskemi.

L-Aġent Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma (EWA) Sandro Lauri saħaq fuq l-irwol tal-Aġenzija fis-sapport lill-Ministeru fl-iżvilupp tal-politiki u l-miżuri biex iħeġġu l-adozzjoni ta’ teknoloġiji ta’ enerġija rinnovabbli. Dawn l-isforzi huma mifruxa kemm fuq is-settur domestiku, kif ukoll dak industrijali u tas-servizzi, u jinkludu sapport għall-pannelli fotovoltajċi, solar water heaters, heat pump water heaters u sistemi ta’ ħażna tal-batteriji, u huma mfassla b’kollaborazzjoni mill-qrib ma’ entitajiet oħra fi ħdan l-istess Ministeru.

Malta’s Renewable Energy Share more than triples in 10 years, reaching 17.2% in 2024

Malta met 17.2% of its energy needs through renewable energy sources in 2024, marking an increase of almost two percentage points compared to the previous year, according to newly published Eurostat data.

The figures highlight a steady and significant rise in Malta’s renewable energy share over the past decade. In 2014, renewables accounted for just under 5% of the country’s energy mix, meaning the share has more than tripled within ten years.

At 17.2%, Malta now ranks ahead of several EU member states, including Ireland (16.1%), Luxembourg (14.7%), and Belgium (14.3%), and is approaching Poland’s level of 17.8%. Across the EU members, Sweden recorded the highest share of renewable energy at 62.8%, followed by Finland (52.1%) and Denmark (46.8%). The EU average stood at 25.2% in 2024.

Malta also registered one of the most notable year-on-year increases in renewable energy share among EU member states. With a rise of 1.8 percentage points compared to 2023, only four countries: Latvia (+2.3%), the Netherlands (+2.6%), Denmark (+3.0%), and Lithuania (+3.5%), recorded larger increases.

This sustained growth, achieved despite Malta’s geographical and size constraints, reflects the country’s ongoing commitment to reducing reliance on non-renewable energy sources. Progress has been driven by targeted financial incentives, support schemes, and initiatives aimed at accelerating the transition to renewable energy.

Minister for the Environment, Energy and Public Cleanliness Miriam Dalli welcomed the results, noting that Malta is firmly on track to achieving its renewable energy objectives. She attributed this progress to the collective efforts of the entities responsible for designing and implementing support schemes, as well as to the public’s active participation and strong uptake of these initiatives.​

Energy and Water Agency Acting Chief Executive Officer Sandro Lauri highlighted the Agency’s role in supporting the Ministry with the development of policies and measures that encourage the adoption of renewable energy technologies. These efforts span both the domestic, industrial and services sectors, and include support for photovoltaic panels, solar water heaters, heat pump water heaters and battery storage systems, and are delivered in close collaboration with other entities within the same Ministry.